Żagħżugħa qed tissielet għall-ħajjitha wara li ttajret minn karozza fi Triq l-Imdina, f’Ħattard.
Kienu għall-ħabta tas-7:15 tal-Erbgħa filgħodu, meta żagħżugħa ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar’ ittajret minn Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti r-Rabat.
Fil-post isejħu tim mediku u ambulanza sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna tagħhom liż-żagħżugħa. Hija ttieħdet b’urġenza l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji u għaldaqstant qed tissielet għall-ħajjitha.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ħatar inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ.
//= $special ?>