Lokali

Żewġ priġunieri jittieħdu l-isptar; wieħed minnhom jixrob diżinfettant

Żewġ prinġunieri ttieħdu l-Isptar Mater Dei, wara żewġ inċidenti separati ta’ ‘self-harm’.

Sorsi qrib il-ħabs ta’ Kordin li tkellmu mat-Times of Malta spjegaw illi wieħed mill-ħabsin xorob id-diżinfettant waqt li l-ieħor ipprova jieħu ħajtu b’idejh.

F’kummenti li ta lit-Times, id-Direttur tal-Ħabs Christopher Siegersma ikkonferma dawn l-inċidenti fejn saħaq li dawn il-priġunieri kienu mgħejuna mill-Uffiċjali tal-ħabs. Bl-infermiera jieħdu azzjoni immedjatament.

Waqt li wieħed mill-priġunieri qed jiġi trattat f’Monte Carmeli, l-priġunier l-ieħor ħareġ mill-isptar Mater Dei l-Erbgħa li għadda u reġa’ ttieħed fil-ħabs ta’ Kordin.