Lokali

Anzjana bi ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fl-Imqabba


Mara ta’ 70 sena residenti Ħal Kirkop, sofriet ġrieħi gravi.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-17:00, fi Triq l-Imqabba, l-Imqabba, meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-karozza Kia Picanto li kienet qed issuq u ħabtet f’arblu.

Tim mediku assista lill-mara u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.