Samuele Privitera ta’ 19-il sena mieta meta kien involut f’inċident fl-ewwel stadju tal-Giro della Valle d’Aosta li qed isir fin-naħa ta’ fuq tal-Italja.
Il-Federazzjoni taċ-Ċikliżmu Taljana qalet li l-mod kif seħħ l-inċident kien għadu qed jiġi analizzat iżda jidher li Privitera ħabat ma’ ‘sleeping police’ waqt li kien f’niżla 32km bogħod mil-linja finali.
Hu ttieħed l-isptar ta’ Aosta fejn miet ftit wara. Axel Merckx li huwa l-general manager ta’ Hagens Berman Jayco, it-tim li miegħu kien jitħarreġ Pirvitera qal li hu kien il-ħajja u l-personalità tat-tim.
Anke ċ-ċiklista Sloven Tadej Pogacar sellem lil Privitera fejn qal li hija ħasra li ċiklista żagħżugħ kellu jitlef ħajtu.
It-tieni stadju tal-Ħamis kellu jiġi kkanċella bil-Giro della Valle d’Aosta se jkompli matul il-jum tal-Ġimgħa.
//= $special ?>