Lokali

FIS-SWIEQI: Irrappurtaw lil dan ir-raġel li prova jiżgassa l-komun wara li nqabad barra fl-4am

Il-Pulizija qed jidħlulhom aktar rapporti minn residenti fis-Swieqi li qed jispiċċaw disturbati minn aġir mhux xieraq fil-lokalità – speċjalment fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

L-aħħar każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4am, meta raġel prova jiżgassa l-komun tal-appartament li joqgħod fih. U qajjem lir-residenti kollha, u prova anke jixxabbat mal-gallariji minn naħa ta’ barra biex jidħol fuq ġewwa.

Il-każ kien rappurtat lill-Korp tal-Pulizija.

Informazzjoni li kiseb Net News tindika li dan mhux każ iżolat, għaliex sfortunatament, in-nies tas-Swieqi qed jesperjenzaw aġir simili b’mod regolari – partikolarment minn nies li jkunu qed jikru appartamenti għal żmien qasir.