Haverfordwest…………….2 (3)
Floriana………………………..3 (5)
Haverfordwest: L. Rees, D. Rees (E. Scotcher 78′), K. McCarthy, A. Jones, R. Watts (I. Humphreys 57′), G. Walters, C. Shephard, R. Abbruzzese, B. Ahmun, D. Hawkins (L. Owen 78′), B. Fawcett (O. Jones 65′)
Floriana: G. Cioletti, C. Zammit Lonardelli (A. Garzia 32′), L. Lopez, I. Mendonca, G. Gamarra, C. M’Mombwa (M. Veselji 83′), J. Grech, D. Vella, T. Glisovic (Z. Scerri 65′), M. Jah, F. Varela
Referee: J.Gonçalves (Portugall)
Floriana avvanzaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Conference League meta barra minn darhom għelbu lil Haverfordwest 3-2 u bi skor aggregate ta’ 5-3, biex b’hekk saru t-tielet tim Malti wara Ħamrun Spartans u Hibernians li avvanzaw għat-tieni rawnd ta’ kompetizzjoni Ewropeja.
Kien it-tim minn Wales li fetaħ vantaġġ doppju fl-ewwel 17-il minuta tal-partita, l-ewwel fil-11-il minuta permezz ta’ Greg Walters mbagħad fis-17-il minuta kien Ben Ahmum li għamilhom 2-0.
Floriana wettqu reazzjoni mmedjata u fid-19-il minuta kien Carlo Zammit Lonardelli li naqqas l-iskor. Haverfordwest sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta fl-44 minuta tkeċċa Alaric Jones, sussegwentament, Jake Grech għamilhom 2-2 qabel il-mistrieħ permezz ta’ penalty. Fit-tieni taqsima, Floriana ħarġu fuq l-offensiva u marru fil-vantaġġ b’gowl mill-isbaħ ta’ Charles M’Mombwa. Lejn it-tmiem, Haverfordwest kellhom it-tieni plejer li ntwera’ t-tieni karta ħamra meta din id-darba tkeċċa Rhys Abbruzzese.
Fir-rawnd li jmiss Floriana se jilagħbu kontra t-tim mill-Kossovo FC Ballkani.
//= $special ?>