Internazzjonali

Gaza: Midruba waqt attakk fuq Knisja tal-Kattoliċi… fost il-kundanna ta’ Giorgia Meloni

Il-Prim Ministru tal-Italja, Giorgia Meloni, qed twaħħal fl-Armata ta’ Iżrael għal inċident li fih indarbu n-nies li kienu fi knisja dedikata lis-Sagra Familja fil-Belt ta’ Gaza…Knisja li ġarrbet il-ħsarat sostanzjali fost rapporti mhumiex ikkonfermati li l-bini kien intlaqat mill-balal tal-artillerija sparati mill-qawwiet Iżraeljani.

Il-Kapijiet tal-Knisja Kattolika rreferew għall-inċident bħala ‘r-riżultat ta’ rejd’  waqt li l-militar Iżraeljan qal li kien konxju mir-rapporti dwar ‘il-ħsarat u l-midruba fl-knisja’. Il-qawwiet Iżraeljani  stqarrew li l-inċident bħalissa qed ikun suġġett għal investigazzjoni.

Hu minnu li diversi familji Kristjani minn komunità żgħira  li huma kostretti li jgħixu l-ħajja ta’ refuġjati kienu ilhom residenti f’din il-knisja mill-bidu tal-gwerra ta’ Gaza — u wara li djarhom sfaw meqruda mill-ġlied…Refuġjati li magħhom kien ikollu kuntatt regolari il-mibki Papa Franġisku.

Sar magħruf ukoll li qassis mill-Arġentina, Dun Gabriel Romanelli, spiċċa fost il-midruba fl-isparatura– bil-Prim Ministru Meloni, b’referenza għal Iżrael, ittenni li ‘l-ebda azzjoni militari ma tiġġustifika aġir (aggressiv) ta’ dan it-tip’

Il-kelliema għall-Vatikan ma laħqux ħarġu stqarrija uffiċjali relatata mal-iżviluppi.