Tas-Super One qed jgħidu li l-Kunsill tal-Għargħur jinsab fil-għama; iżda l-fatti juru biċ-ċar li l-Kunsill diġà wieġeb għat-talba li qed issir għal ħlas relatat ma’ attività partikolari.
Kollox idur mal-famuża attività tal-boxing u l-akkużi li qed isiru mill-midja Laburista.
Fl-aħħar jiem, intbgħatet risposta li prezenta l-avukat tal-Kunsill Lokali fejn qal li qed jiċħad u jikkunsidra bhala “infondata fl-intier taghha” t-talba li qed issir għal ħlas.
Fi kliem sempliċi, l-avukat tal-Kunsill stess qed jikkontesta l-ammont li qed jintalab.
Dan ifisser li issa l-avukat tal-Kunsill qed jiċħad tali talba għall-eluf li qed jgħid li għandu jieħu l-organizzatur.
Minkejja dan, l-istazzjon Laburista, qed ikompli jagħti stampa differenti u jqarraq bil-pubbliku ghal skopijiet poltiċi. Dan hekk kif One News qal kompletament l-oppost meta kiteb li t-tmexxija l-ġdida taħt is-Sindku Mariah Meli qed taffaċċja t-theddida ta’ ittri bl-avukat f’dan ir-rigward.
Il-Partit Nazzjonalista qed iħeġġeġ lis-Sindku tal-Gharghur u lill-Partit Laburista li jekk iridu jkunu kredibbli, jippubblikaw ir-risposta tal-Avukat li qed jirreferi għaliha l-Partit Nazzjonalista – u li tinsab fil-pussess tal-Kunsill Lokali
Mariah Meli bħalissa qed isservi bħala Sindku ta’ din il-lokalità kontra x-xewqa tal-maġġoranza tar-residenti li kienu vvutaw lil Helen Gauci bi ħġarhom biex tkun hi s-Sindku tal-Għargħur. Bil-Labour ikkordina manuvri kontra r-rieda tan-nies biex ħataf f’idejh dan il-Kunsill Lokali.
//= $special ?>