Edukazzjoni Lokali Parlament

Ħmieġ madwar il-binja tal-Iskola Primarja tan-Naxxar

Iskola Primarja tan-Naxxar hi responsabbli miż-żamma u l-indafa mill-kanċell ‘il ġewwa u mhix resposabbiltà mill-indafa u ż-żamma ta’ madwar l-iskola.

Jirriżulta minn mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg li qed jinġabar ħafna ħmieġ madwar il-binja tal-Iskola Primarja tan-Naxxar.

Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg staqsiet fil-Parlament lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, li fid-dawl tal-fatt li qed jinġabar ħafna ħmieġ madwar il-binja tal-Iskola Primarja tan-Naxxar, jistax il-Ministru jgħid min suppost qed jieħu ħsieb l-indafa u ż-żamma ta’ madwar l-iskola, mill-kanċell ’l ġewwa, sakemm titwaqqa’ u tinbena l-Iskola Primarja tan-Naxxar.

Il-Ministru Clifton Grima qal biss li l-Ministeru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni hu responsabbli miż-żamma u l-indafa mill-kanċell ‘il-ġewwa.