Knisja Lokali

Id-Djoċesi ta’ Għawdex tieħu t-tmexxija ta’ Dar Manresa

Id-Djoċesi ta’ Għawdex se tieħu l-impenn tat-tmexxija ta’ Dar Manresa wara 72 sena ta’ kura tal-erwieħ tal-Insara ta’ din iz-zona fit-tarf tal-Belt Victoria, mill-Kumpanija ta’ Ġesù.

Id-Djoċesi ta’ Għawdex irringrazzjat lill-Kumpanija ta’ Ġesù għas-servizz li tat għal dawn l-aħħar 72 sena permezz tat-tmexxija ta’ Dar Manresa.

Għal ħafna snin il-preżenza tal-Ġiżwiti permezz ta’ Dar Manresa kienet ta’ ispirazzjoni umana u spiritwali għal ħafna, mhux biss Għawdxin imma wkoll Maltin. It-tmexxija ta’ din id-Dar tal-Irtiri kif ukoll l-akkoljenza marbuta magħha kienet għal ħafna snin don għall-Knisja f’Għawdex.

Id-Djoċesi ser tipprova tieħu l-impenn li din id-Dar u tibqa’ sservi l-iskop ewlieni tagħha, jiġifieri ser tibqa’ ta’ animazzjoni spiritwali, dar tal-irtiri u ta’ akkoljenza kif kienet matul is-snin.

Għalhekk, id-Djoċesi ta’ Għawdex se tibqa’ tieħu bookings fuq in-numri tat-telefon u l-indirizz elettroniku tad-Dar jew tal-Kurja tal-Isqof.