Il-11-il stadju tal-112-il edizzjoni tat-Tour de France fuq medda ta’ 156.8 kolometru saret fir-rotta ta’ Toulouse. Dan l-istadju ra s-suċċess ta’ Jonas Abrahamsen tan-Norveġja għal Uno X-Mobility li temm id-distanza fi 3 sigħat, 15-il minuta u 56 sekonda bi sprint fuq Mauro Schmid tal-Iżvizzera għal Team Jayco Alula.
Fit-tielet post b’distakk ta’ 7 sekondi daħal Mathieu Van Der Poel tal-Olanda għal Alpicin.
Fil-klassifika ġenerali wara 11-il prova baqa’ fl-ewwel post l-Irlandiż Ben Healy għal EF Education Easy Post b’total ta’ 41 siegħa, 1 minuta u 13-il sekonda b’vantaġġ ta’ 29 sekonda fuq is-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates u minuta u 29 sekonda fuq il-Belġjan Remco Evenepoel għal Soudal Quickstep.
Fir-raba’ post tela’ Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Visma Lease a Bike b’distakk ta’ 1 minuta u 46 sekonda.
It-12-il stadju tat-Tour huwa fuq disatanza ta’ 180.6 kolometri minn Auch sa Hautacam.
//= $special ?>