Il-Ministru responsabbli direttament mill-edukazzjoni ma qalx fil-Parlament kemm-il student/a rriżenja/t minn korsijiet li kienu qegħdin isegwu fl-istituzzjoni tal-MCAST u li kienu jinsabu fit-tieni sena tas-sena akkademiika li għadhakemm intemmet.
Id-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni lgħid fil-Parlament kemm-il student/a rriżenja/t minn korsijiet li kienu qegħdin isegwu fl-MCAST u li kienu jinsabu fit-tieni sena mill-perjodu ta’ Ottubru tal-2024 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija. Intalab ukoll jgħid liema korsijiet kienu qegħdin isegwu dawn l-istudenti.
Il-Ministru Clifton Grima qal biss li l-MCAST ser tippubblika rapport komprensiv aktar tard matul din is-sena.
//= $special ?>