Kollox jindika li l-piloti ta’ KM Malta Airlines mistennija li joħorġu fuq strajk dan wara li b’mod unanimu approvaw pjanijiet ta’ azzjonijiet industrijali li jinkludu strajk.
Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalu li dan il-pjan sar hekk kif l-Assoċjazzjoni għall-Piloti tal-Linju tal-Ajru għandu numru ta’ kwistjonijiet pendenti mal-linja nazzjonali tal-ajru.
Intant, bħalissa l-Assoċjazzjoni tinsab fl-istadju li tinforma lil KM Malta Airlines b’din id-deċiżjoni li ttieħdet dan għaliex skont il-liġi, l-ebda azzjoni industrijali ma tista’ tittieħed qabel mal-kumpanija tiġi avżata 48 siegħa qabel.
//= $special ?>