In-nefqa minn Heritage Malta fil-proġett tal-Palazz tal-Belt laħħqet total ta’ €40,439,674.30.
Dan jirriżulta minn interpellanza fil-Parlament tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said li staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali jgħid fid-dawl li l-Ministru qal pubblikament diversi drabi li l-proġett tal-Palazz tal-Belt sewa €40 miljun, il-lista tal-kuntratti u l-valur tagħhom, u jekk kull wieħed minn dawn sarx b’tender jew direct order.
L-istess Ministru ntalab jgħid ukoll kemm hi l-figura eżatta tal-flus li ntefqu fuq dan il-proġett.
Il-Ministru Owen Bonnici wieġeb billi qal li l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
//= $special ?>