Jirritorna l-Għaxaq Music Festival bil-parteċipazzjoni t’artisti ta’ fama internazzjonali, flimkien ma’ oħrajn lokali.
Sena wara sena, dan il-festival baqa’ jattira eluf ta’ Maltin u barranin lejn ir-raħal ta’ Ħal Għaxaq, li għal dawn l-okkażjonijiet jinbidel f’ċentru ta’ divertiment mill-isbaħ mimli mużika, atmosfera unika u sens ta’ komunità.
L-ewwel lejl se jkun iddominat minn kunċert illi se jitwassal mill-kantant famuż Taljan Zucchero, li permezz tal-band u l-crew tiegħu, se joffri dan l-ispettaklu bħala parti mill-‘Overdose D’Amore World Tour’…. li preżentament jinsab għaddejn madwar l-Ewropa.
Intant il-Ġimgħa, is-serata se tkun mimlija b’kantanti lokali, flimkien mal-grupp Gypsy Kings.
Intant, parti sostanzjali mill-fondi li se jkunu qed jinġabru mill-festival se jmorru b’risq l-Embrace Diversity Organisation, li taħdem favur tfal b’diżabilità.
//= $special ?>