Arsenal akkwistaw lil Olivia Smith mingħand Liverpool għas-somma ta’ miljun sterlina. Dan huwa rekord fil-futbol tan-nisa hekk kif it-trasferiment ta’ Smith huwa l-aktar wieħed li qatt sewa flus.
Smith li għandha 20 sena ffirmat kuntratt ta’ erba’ snin ma’ Arsenal. It-trasferiment ta’ Smith jaqbeż dak ta’ Naomi Girma li Chelsea għamlu mingħand San Diego Wave.
F’kummenti wara li tħabbar l-akkwist tagħha, Smith qalet huwa ta’ unur li se tkun qed tilgħab ma’ Arsenal.
//= $special ?>