L-għaqda Repubblika nediet dokument li sejħet bħala viżjoni għal dawn il-25 sena li jmiss – viżjoni sabiex ir-Repubblika ta’ Malta tassigura libertà, demokrazija u integrità f’dawn is-snin li ġejjin.
Il-President tal-Għaqda Vicky-Ann Cremona saħqet li dan id-dokument qed jirrifletti l-ħtiġijiet tal-poplu, minħabba li f’dawn l-aħħar snin saru atroċitajiet kbar fejn tidħol is-saltna tad-dritt b’mod speċjali.
Hi kompliet tisħaq li l-Viżjoni 2050 tal-Gvern Malti ma tiffukax fuq il-ħtiġijiet ta’ ġustizzja ta’ veru u fuq il-libertà tal-espressjoni fost l-oħrajn.
L-attivista Manuel Delia minn naħa tiegħu saħaq li dan id-dokument huwa msejjes fuq il-verita, l-memorja u l-liberta. Hu qal li ma jistax jintesa’ l-passat minħabba li anke nqatlet ġurnalista frott is-sentiment ta’ impunità li ġie krejat mill-Gvern Laburista matul dawn is-snin fit-tmun tal-pajjiż – b’Delia jisħaq li d-dokument għandu jiġi kunsidrat anke fil-Parlament Malti.
L-għaqda Repubblika tkellmet dwar kif fil-Viżjoni taghom hemm fost l-oħrajn riformi li għandhom isiru mill-aktar fis; fosthom riforma fil-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna, emendi serji dwar l-libertà tal-istampa u anke modi ġodda ta’ assesjar kontinwu fuq il-Korp tal-Pulizija sabiex jiġi assigurat li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jaħdmu kif suppost minjgħar ma jħarsu lejn wiċċ ħadd.
L-Għaqda Repubblika qalet ukoll li fid-dokument hemm elenkat kif iridu jsiru riformi bil-mod kif jitmexxa’ l-istazzjon nazzjonali. Dan fost appell sabiex l-istazzjonijiet politiċi ma jibqgħux propjetà tal-partiti.
//= $special ?>