Ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’pajjiżna u l-piż tal-prezzijiet qed jibqgħu joffru sfida enormi biex il-familji jwasslu sal-aħħar tax-xahar. Bl-aktar statistika riċenti tal-NSO u l-Eurostat turi li l-għoli tal-ħajja f’Malta qed tibqa’ ferm akbar mill-medja fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea – fi kliem sempliċi, il-piż tal-għoli tal-ħajja qed jinħass aktar fuq il-but tal-Maltin u l-Għawdxin.
Skont l-aħħar statistika, ir-rata tal-inflazzjoni tinsab fil-livell ta’ 2.5 fil-mija. Dan ifisser li l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna hija akbar mir-rata li qed jaffaċjaw in-nies fid-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza u anke l-Italja.
Pajjiżi li huma kompetituri diretti tagħna fejn jidħol it-turiżmu – bħal Ċipru u l-Portugall – għandhom ukoll prezzijiet irħas minn dawk li qed iħallsu l-Maltin u l-Għawdxin.
FʼĠunju, l-ogħla rati annwali taʼ inflazzjoni kienu rreġistrati fl-edukazzjoni u fl-indiċi tal-Ikel u x-Xorb mhux alkoħoliku. Min-naħa l-oħra, il-Komunikazzjoni u l-indiċi tal-Ħwejjeġ u ż-Żraben irreġistraw l-aktar rati baxxi tal-inflazzjoni annwali.
//= $special ?>