Futbol Sport

Liverpool viċin li jilħqu ftehim ma’ Hugo Ekitike, Man Utd b’offerta aħjar għal Bryan Mbuemo

(Ritratt: EPA)

Liverpool jinsabu qrib li jilħqu ftehim ma’ Eintracht Frankfurt għall-attakkant Hugo Ekitike bis-somma mistennija tkun taqbeż s-£70 miljun.

Aktar kmieni Newcastle kellhom is-somma ta’ £70 miljun rrifjutata minn Frankfurt b’Liverpool mistennija jagħmlu offerta akbar. L-attakkant ta’ 23 sena matul l-istaġun li għadda skorja 15-il gowl fejn għen lit-tim tiegħu jtemm fit-tielet post tal-Bundesliga.

Liverpool urew interess fl-attakkant Żvediż ta’ Newcastle Alexander Isak iżda jidher li l-Magpies m’humies lesti li jinnegozzjaw.

Intant Manchester United jidher li għamlu offerta oħra għall-attakkant ta’ Brentford Bryan Mbuemo. Jidher li l-offerta tar-Red Devils hija ta’ £70 miljun bi Brentford mistennija jevalwaw din it-tielet offerta.

It-tim ta’ Ruben Amorim jinsab kunfidenti li jiksbu l-firma tal-plejer mill-Kamerun. Matul l-istaġun li għadda Mbuemo skorja 20 gowl fil-Premier League fejn fost l-oħrajn hemm Tottenham li qed juru nteress fil-plejer.