Lokali

AĠĠORNATA: Mara li kienet qed tgħum f’Kemmuna tiddaħħal l-isptar

Mara li kienet Kemmuna kellha titieħed l-Isptar wara li kellha bżonn l-assistenza medika.

Il-każ seħħ il-Ħamis waranofsinhar għall-ħabta tal-4:30 fejn jidher li l-mara intlaqtet minn skrun ta’ dgħajsa waqt li kienet tiela fuq din l-istess dgħajsa, fil-Bajja ta’ Blue Lagoon.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti u ftit tal-ħin wara ttieħdet l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Spanjola ta’ 18-il sena ġarrbet xi ġrieħi f’sieqha, meta waqt li
kienet tiela’ fuq lanċa, intlaqtet mill-iskrun tal-istess lanċa li dak il-ħin kien attivat.

Aktar tard hi ġiet iċċertifkata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.