Il-Ministru Michael Falzon mhux komdu jikkummenta fuq in-nefqa eżorbitanti tal-Mediterrane Film Festival. Filwaqt li rrifjiuta li jiddefendi isem il-kollega tiegħu Owen Bonnici rigward l-allegazzjonijiet li saru min-naħa ta’ Neville Gafà.
Net News staqsa lill-Ministu Laburista rigward dan il-festival li ġie kkritikat minn bosta – fosthom anke esponenti ewlenin tal-Labour bħal Jason Micallef u anke Neville Gafà.
B’tal-aħħar jallega li f’dan il-festival intefqu mal-14-il miljun ewro; fost allegazzjonijiet li kien hemm orġji u anke konsum ta’ trab abjad waqt l-istess Mediterrane Film Festival.
Imma Michael Falzon, viżibbilment skomdu għall-aħħar, irrifjuta li jirrispondi l-mistoqsijiet ta’ dan l-istazzjon. Għalkemm fl-ebda ħin ma ħareġ għonqu għal Owen Bonnici.
Michael Falzon irrifjuta wkoll li jikkummenta rigward in-nefqa u jekk jaħsibx li bħala Ministru tas-servizzi soċjali jemminx li l-flus eċċessivi li ntefqu setgħux jiġu wżati għal skopijiet aktar nobbli.
Iżda… il-Ministru għamilha assolutament ċara li mhux ser jkun qiegħed jikkummenta rigward in-nefqa tal-Festival.
Min naħa tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela għadu ma kkummentax dwar l-allegazzjonijiet ta’ Neville Gafà. La rigward in-nefqa ta’ €14-il miljun f’ġimgħa, u wisq inqas rigward “id-dnubiet” li l-istess Gafà qal li seħħew waqt il-famuż Mediterrane Film Festival.
//= $special ?>