Nirien kbar ħakmu l-palk ewlieni tal-festival Tomorrowland tal-Belġju.
Il-każ seħħ l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta tas-sitta, ħin lokali, fis-sit tal-festival f’Boom, Antwerp, waqt l-aħħar preparamenti. Il-ġurnal lokali GVA rrapporta li n-nirien kienu taħt kontroll sat-8pm. B ’xorti tajba, l-organizzaturi kkonfermaw li ħadd ma ndarab.
Is-servizzi ta’ emerġenza kienu diġà fuq il-post jippreparaw għall-festival, u r-residenti fil-qrib ġew avżati biex iżommu twieqi u bibien magħluqa minħabba duħħan.
Fi stqarrija fuq il-paġna uffiċjali tal-festival, l-organizzaturi, ħabbru li l-Ħamis se tkun qed tiftaħ il-campsite filwaqt li Tomorrowland se jkun qiegħed jingħata bidu il-Ġimgħa, iżda mingħajr il-palk ewlieni. 400, 000 ruħ huma mistennija jattendu għal dan il-festival mill-isbaħ.
Mijiet ta’ artisti famużi huma mistennija jagħtu l-prestazzjoni tagħhom, fosthom David Guetta, Lost Frequencies, Swedish House Mafia u Charlotte De Witte.
//= $special ?>