Futbol Sport

CS Petrocub b’saħħithom wisq għal Birkirkara

(Ritratt: Birkirkara FC)

CS Petrocub………………….3 (3)

Birkirkara………………….0 (1)

CS Petrocub: S. Smalenea, I. Jardan (D. Demian 90′), M. Potirniche, C. Ngah, I. Bors, S. Platica, V. Bogaciuc (D. Spataru 90′), J. Djou, V. Ambros (D. Puscas 67′), M. Lupan (N. Rotaru 73′), M. Cojocaru (P. Popescu 73′)

Birkirkara: M. Martinez, L. Cordova, S. Marjanovic, N. Micallef (Macula 57′), L. Lacunza, D. Makoma, A. Satariano, M. Maydana, G. Acheampong (J. Busuttil 78′), F. Sasere, K. Reid

Referee: O. Çakir (Turkija)

Wara li rebħu fl-ewwel leg f’pajjiżna bl-iskor ta’ 1-0, Birkirkara sabuha diffiċli ferm fil-Moldova meta fit-tieni leg kienu megħluba bl-iskor ta’ 3-0 minn Petrocub biex b’hekk dawn tal-aħħar avvanzaw għat-tieni leg b’aggregate ta’ 3-1.

Petrocub fetħu l-iskor fid-39 minuta permezz ta’ Mihai Lupan. L-istess plejer għamilhom 2-0 fil-55 minuta qabel ma’ Rotaru Nicolae għamel l-iskor 3-0 fis-76 minuta.

B’hekk ġiet fi tmiemha l-esperjenza ta’ Birkirkara fil-kompetizzjonijiet Ewropej għal dan l-istaġun. Intant qabel il-partita nżammet minuta silenzju b’rispett lejn l-eks president ta’ Birkirkara Victor Zammit li miet matul il-jum tal-Erbgħa.