Sewwieq tal-mutur kellhu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u kwart tal-Ħamis waranofsinhar fi Triq d’Argens, il-Gżira.
l-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Auris misjuqa minn mara ta’ 24 sena residenti tas-Sliema u mutur Lexmoto Riviera misjuq minn mara ta’ 45 sena u residenti Ta’ Xbiex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet is-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
Għaldaqstant, il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.