Skiet assolut mill-Gvern wara li matul il-jum tal-Erbgħa ġie żvelat li żewġ prinġunieri ttieħdu l-Isptar Mater Dei, wara żewġ inċidenti separati ta’ ‘self-harm’ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Sorsi qrib il-ħabs li tkellmu mat-Times spjegaw li wieħed mill-priġunieri xorob diżinfettant – filwaqt li l-ieħor prova jneħħi ħajtu b’idejh.
F’kummenti li ta lit-Times, id-Direttur tal-Ħabs Chris Siegersma kkonferma dawn l-inċidenti fejn saħaq li dawn il-priġunieri kienu megħjuna mill-Uffiċjali tal-ħabs.
Bl-infermiera jieħdu azzjoni immedjatament.
Kaġun ta’ dawn iż-żewġ inċidenti serji, il-priġunieri kellhom jittieħdu l-Isptar Materi għal aktar kura fejn imbagħad wieħed mill-ħabsin ġie trasferit fl-Isptar Monte Karmeli. Dan filwaqt li l-ieħor reġa’ ttieħed lura fil-ħabs.
Intqal ukoll li l-persuna li wettaq att ta’ self-harm beda jiskonta s-sentenza tiegħu ftit tal-jiem ilu biss. U fl-assessment li kien sar ma rriżultax li kien f’riskju li jpoġġi ħajtu fil-periklu.
Intant, jum wara li ġiet żvelata din l-aħbar il-Gvern ta’ Robert Abela flimkien mal-Ministru responsabbli mill-ħabs Byron Camilleri baqgħu kompletament fil-muta dwar dan il-każ li seħħ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
//= $special ?>