Sport

Team Gozo fl-azzjoni fl-Island Games

It-tielet ġurnata ta’ kompetizzjoni tal-Island Games fil-gżira ta’ Orkney, fit-Tramuntana tal-Iskozja, rat il-parteċipazzjoni tal-atleti minn Għawdex fi ħdan Team Gozo.

Fit-Tournament tal-futbol tal-irġiel, wara li s-selezzjoni Għawdxija għelbet lil Shetland Islands 4 – 3 wara l-għoti tal-penalties, sfat megħluba 2 – 0 minn Jersey sabiex issa t-tielet partita hija kontra Western Isles f’Dounby għal min jispiċċa fis-7 jew 8 pożizzjoni .

Fil-kompetizzjoni individwali tal-irġiel, fi Stromness Golf Club, Daniel Bogdanovic temm fit-52 post minn 66 parteċipant wara li għamel serje ta’ 82 – 90 – 80 għal total komplessiv ta’ 256 .

Fl-għawm, reġa’ kien fl-azzjoni Kai Debono li ħa sehem fil-50 metru butterfly. Fil-klassifika ġenerali wara l-preliminari, Debono temm fis-27 post minn 28 parteċipant meta għamel id-distanza fi 32.49 sekondi.