Futbol Sport

“Bi 2-0 minn taħt, konna kapaċi nuru l-karattru tagħna u dawwarna telfa f’rebħa” – Dunstan Vella, captain ta’ Floriana

Dunstan Vella, captain ta' Floriana FC
Dunstan Vella, captain ta' Floriana FC

Floriana żammew mal-previżjoni u fuq żewġ partiti għelbu lil Haverfordwest County AFC ta’ Wales b’aggregate ta’ 5-3, iżda mhux biss. Għat-tieni logħba infila, u kontra l-istess avversarji, il-greens urew karattru u reżilejnza kbira meta dawru r-riżultat, wara li inizjalment kienu minn taħt, u wittew it-triq għar-rebħa fil-ġurnata.

Hekk ġara ġimgħa ilu f’Malta u hekk reġa’ ġara lbieraħ f’dar l-avversarji, iżda din id-darba l-missjoni ta’ Floriana kienet aktar diffiċli u aktar sinifikanti. F’kummenti lil Net News, il-captain ta’ Floriana, Dunstan Vella, faħħar ir-reazzjoni li hu u sħabu reġgħu kienu kapaċi juru f’Parc y Scarlets.

“Sibna ruħna f’sitwazzjoni diffiċli meta wara 17-il minuta logħob konna 2-0 minn taħt, izda għarafna nżommu l-kalma f’mument kritiku tal-partita. Konna kapaċi nuru l-karattru tagħna u dawwarna r-riżultat. Ninsab kuntent ħafna b’dak li rrnexxielna nagħmlu u sintendi li għaddejna għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Conference League,” saħaq il-plejer internazzjonali Malti u midfielder ta’ Floriana, Vella.

Il-prestazzjoni ta’ Vella, flimkien mal-bqija ta’ sħabu reġgħet kienet waħda tajba u fil-mument tal-prova, kellu sehem importanti biex bl-abbiltá tiegħu jimmotiva lil sħabu fil-pitch għal rimonta li għal uħud setgħet dehret impossibbli meta wara inqas minn 20 minuta logħob, Haverfordwest County AFC kienu 2-0 minn fuq.

Vella qal li wara dan ir-riżultat, ma tantx hemm ħin x’titlef, għaliex “għandna ħames timijiet biss ċans biex nippreparaw għall-konfront li jmiss kontra FC Ballkani tal-Kosovo.”

Il-plejer ta’ 29 sena rrimarka li l-avversarji li jmisshom jilagħbu Floriana kontra tagħhom se jkunu diffiċli iżda “fiduċjuz li jekk nemnu fina nfusna, u nilagħbu b’aktar kunfidenza, konvint li għandna biex nagħtu sfida denja lill-oppożizzjoni tagħna.”