It-12-il stadju tal-112-il-edizzjoni tat-Tour de France kien fuq medda ta’ 180.6 kilometri minn Auch sa Haut Acam.
F’dan l-isadju kien hemm is-suċċess nett għas-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates li temm id-distanza f’4 sigħat, 21 minuta u 19-il sekonda. Distakk vantaġġ ta’ 2 minuti u 10 sekondi fuq id-Daniż Jonas Vingegaard għal Team Visma Lease a Bike . Fit-tielet post temm il-Ġermaniż Florian Lipowitz għal Red Bull Bora Hans Groche b’distakk ta’ 2 minuti u 23 sekonda.
Fil-klassifika ġenerali wara 12-il prova tela’ fl-ewwel post is-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates b’total ta’ 45 siegħa, 22 minuta u 51 sekonda fejn fetaħ vantaġġ ta’ 3 minuti u 31 sekonda fuq Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Visma Lease a Bike u disatakk ta’ 4 minuti u 45 sekonda fuq il-Belġjan Remco Evenepoel għal Soudal Quickstep .
Fir-raba’ post tela’ l-Ġermaniż Florian Lipowitz għal Red Bull Bora Hans Groche b’distakk minn Tadej Pogacar ta’ 5 minuti u 34 sekonda.
It-13-il prova se tkun fuq distanza ta’ 10.9 kilometri bejn Laudenvielle u Peyra Gudes.
//= $special ?>