“Malta kważi laħqet livell ta’ kriżi fejn jidħol iż-żibel”
Qal dan l-editorjal tat-Times of Malta hekk kif issemma’ kif f’pajjiżna għandna problema serja fejn jidħol il-ġbir tal-skart. Dan apparti problema amministrattiva li qed tħalli ammont ta’ żibel barra fit-triq. Intqal kif apparti li pajjiżna mhux ilaħħaq mal-iskart minħabba żieda kbira fil-popolazzjoni – dan mhux qed jinġabar kif suppost u qed jitħalla ħafna żibel barra.
Xi ħaġa li mhux biss qed taffetwa l-estetika ta’ pajjiżna imma wkoll s-saħħa pubblika u l-kwalità tal-ħajja tagħna. Fl-editorjal intqal li minħabba li preżentament għandna sitwazzjoni ta’ iffullar speċjalment f’ċerta żoni ta’ pajjiżna – hemm bżonn li jitħaddam mudell ta’ tindif bħal dak ta’ Londra u New York, fejn anke jekk hemm popolazzjoni urbana kbira, xorta waħda l-iskart huwa ikkontrollat.
Iżda ġie spjegat li jekk f’ċerta żoni mhux ser jiżdied il-ġbir taż-żibel il-problema ser tkompli tintensifika bi kbir. It-Times semmiet ukoll kif bosta kunsilli madwar Malta jinsabu frustrati mmens bil-mod kif qed jinġabar l-iskart.
Bit-Times issemmi ukoll l-idea tas-Sindku Nazzjonalista Noel Muscat li f’kull binja residenzjali ta’ appartamenti għandu jkun hemm kmamar apposta li jkunu forma ta’ storage għall-istess żibel, minflok jispiċċa jintrema barra fil-ġurnata il-ħażina.
L-editorjal semma’ kif għandu jkun hemm capping fuq l-ammont ta’ appartamenti għal kiri f’ċerta żoni. Apparti minn hekk, l-Editur saħaq li hemm bżonn iktar edukazzjoni dwar ir-rimi tal-iskart u kif ukoll kampanji iktar effettivi rigward din il-problema.
L-editorjal għalaq billi appella lil Gvern sabiex jieħu din il-kriżi bis-serjetà, għaliex kapaċi ġġib pajjiż għarkupptejh – fost żieda ta’ firien, ħmieġ u mard li jista’ jiġi kkawżat minħabba l-iskart li jiġi ġġenerat.
//= $special ?>