Futbol Sport

Hibernians se jaffrontaw lil FC Spartak Trnava fit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Conference League

Wara li Ħamrun Spartans għelbu lil Zalgiris permezz tal-għoti tal-penalties u għaddew għat-tieni rawnd tal-UEFA Champions League, u Floriana kkwalifikaw għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Conference League, issa jmiss ir-rebbieħa tal-FA Trophy biex jitħlu fl-azzjoni Ewropea hekk kif Hibernians se jilagħbu kontra FC Spartak Trnava mis-Slovakja.

Spartak Trnava m’humiex isem ġdid fil-UEFA Conference League hekk kif fl-istaġun 2023-24 huma kkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi wara rebħiet kontra Auda, Lech Poznan u SC Dnipro-1 fil-kwalifikazzjoni. Eventwalment huma lagħbu fi Grupp H li kien jikkonsisti minn FC Nordsjaelland, Fenerbahce u Ludogorets, u rnexxielhom jiksbu biss punt wieħed hekk kif temmew fl-aħħar post.

Apparti minnhekk, Spartak Trnava m’huwiex isem ġdid anke għall-partitarji Maltin, hekk kif l-eks plejer Internazzjonali Malti Jean Paul Farrugia għamel perjodu qasir jilagħab mat-tim fl-2014. Farrugia lagħab żewġ partit mal-iskwadra ewlenija u tlett partiti ma’ Spartak Trnava B, it-tieni tim ta’ Trnava.

Farrugia għamel l-maġġornaza tal-karriera jilagħab propju ma’ Hibernians, fejn lagħab 112 partita u skorja 28 gowl.

FC Spartak Trnava jikkwalifikaw għal dan ir-rawnd wara t-telfa li sofrew fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni kontra BK Hacken bl-iskor aggregate ikun 3-2 għat-tim Żvediż.

L-avversarji ta’ Hibernians ikkwalifikaw għall-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League hekk kif bħal Hibernians, huma rebħu t-tazza domestika tagħhom. Huma rebħu s-Slovak Cup f’Mejju li għadda meta għelbu lil Ruzomberok 1-0.

L-ewwel leg jintlagħab fl-24 ta’ Lulju f’pajjiżna, bil-Pawlisti jsiefru għat-tieni leg li tintlagħab fil-31 ta’ Lulju.

Hibernians jilagħbu fl-Ewropa hekk kif rebħu l-FA Trophy f’Mejju li għadda kontra Birkirkara