Lokali

Il-festa tal-Karmnu fiż-Żurrieq b’żewġ anniversarji importanti

Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu se tkun iċċelebrata bejn l-20 u s-27 ta' Lulju

Il-Karmelitani fiż-Żurrieq se jkunu qed jiċċelebraw żewġ anniversarji importanti; 160 sena mit-twaqqif tal-Banda Queen Victoria A.D 1865, li hi l-ewwel banda fiż-Żurrieq u l-125 anniversarju minn meta l-Banda ngħaqdet mal-Għaqda Karmelitana f’entità waħda.

Kien propju minħabba dawn l-anniversarji tant importanti, li saru diversi attivitajiet fosthom quddies animata mill-Banda fil-Bażilka tal-Karmnu tal-Belt fejn kien organizzat Kunċert Kommemorattiv fit-Teatru Manoel taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.

Bil-qofol ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħaq propju dan ix-xahar bil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu, b’marċi, spettakli tan-nar tal-art u tal-ajru, programm mużikali vokali u strumentali mill-Banda Queen Victoria u armar rikk li jżejjen it-toroq taż-Żurrieq.

Fil-Knisja Arċipretali taż-Żurrieq huwa wkoll inkwadru tal-Madonna tal-Karmnu li kien irrestawrat u inawgurat fil-5 ta’ Lulju.

Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu se tkun iċċelebrata bejn l-20 u s-27 ta’ Lulju ta’ din is-sena.