Raġel Libjan suspettat dwar ir-reati tal-gwerra u reati kontra l-umanità spiċċa arrestat fil-Ġermanja fuq mandat li ħarġitlu l-Qorti Kriminali Internazzjonali bażata f’The Hague.
Qed ikun allegat li Khaled Mohamed Ali El Hishri, magħruf ukoll bħala “Al-Buti”, kien wieħed mill-ogħla uffiċjali fil-kumpless tal-ħabs ta’ Mitiga, fi Tripli, meta eluf ta’ nies kienu nżammu taħt arrest snin ilu.
Hu qed ikun suspettat b’konnessjoni ma’ każi ta’ omiċidju, stupru u tortura – u fost allegazzjonijiet li hu kien ordna personalment biex numru ta’ priġunieri jsofru l-istess aġir taħt idejn ħaddieħor.
Hu allegat li l-atroċitajiet twettqu fid-‘detention unit’ viċin Tripli matul il-ħames snin mill-2015. Għalissa mhemm l-ebda rekord relatat mal-kummenti tal-imputat rigward l-allegazzjonijiet.
Il-Qorti Internazzjonali ħarġet 11-il mandat ta’ arrest b’konnessjoni mal-allegati reati tal-gwerra u reati kontra l-umanità li twettqu fil-Libjan mindu l-eksdittatur Muammar Gaddafi kien tqaċċat mill-poter u safa’ maqtul….Episodju li kompla jtawwal il-gwerra ċivili fil-Libja.
Is-sitwazzjoni kienet riferuta lill-Qorti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fi Frar tal-2011 u waqt il-bidu tal-protesti li wasslu għat-tmiem tar-reġim ta’ Gaddafi (bl-għajnuna tal-qawwiet tan-NATO) aktar tard matul dik is-sena.
//= $special ?>