Aktar tard illejla fuq Net TV, iż-żewġ deputati li esprimew interess li jikkontestaw għall-kariga ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista se jkunu qed jiddiskutu l-viżjoni tagħhom fil-programm ‘Opinjoni’.
Alex Borg u Adrian Delia, li esprimew l-interess li jservu fl-ogħla kariga tal-Partit Nazzjonalista se jkunu qed jiddiskutu fost l-oħrajn il-proposti tagħhom għall-Partit Nazzjonalista u għal pajjiżna, il-ħidma parlamentari, il-parteċipazzjoni tan-nies fil-kampanji tagħhom, il-kuntatt tal-Partit Nazzjonalista man-nies u mal-għaqdiet soċjali, u l-istrutturi interni tal-Partit Nazzjonalista.
Il-proċess ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, wasal fit-tieni fażi tiegħu hekk kif iż-żewġ deputati għaddejin minn proċess ta’ due-delegence li jieħu massimu ta’ 6 ġimgħat.
Dawk li jgħaddu minn din il-fażi jkunu jistgħu japplikaw uffiċjalment sabiex jikkandindaw ruħhom għall-ogħla kariga fil-Partit Nazzjonalista.
Intant, il-programm ‘Opinjoni’ fuq Net TV se jibda fid-8:45pm
//= $special ?>