Ir-raba’ ġurnata ta’ kompetizzjoni tal-Island Games fil-gżira ta’ Orkney, fit-Tramuntana tal-Iskozja, rat il-parteċipazzjoni tal-atleti minn Għawdex fi ħdan Team Gozo. Fil-Mountain Bike, f’Bisnacarth Farm, saret il-kompetizzjoni individwali Cross Country. Fost 30 ċiklist, BRANDON SULTANA temm fid-19-il post f’siegħa, 55 minuta u 47 sekonda filwaqt li STEFAN SCERRI temm fil-15-il post f’ siegħa, 49 minuta u 58 sekonda.
Kienu reġistrati riżultati pożittivi mit-timijiet tal-futbol fejn it-tim tal-irġiel fil-partita ta’ klassifikazzjoni temm fis-7 post wara li għeleb lil Western Isles 3 – 1. It-tim tan-nisa se jkollu jilgħab il-finali għal midalja tal-bronż kontra Western Isles. Fiż-żewġ semifinali Isle of Man għelbu lil Western Isles 3 – 2 wara l-għoti tal-penalties filwaqt li t-tim ta’ Għawdex, fit-tieni semifinali, safa’ megħlub minn Bermuda 3 – 0 bi tliet gowls fit-tieni taqsima.
//= $special ?>