Sport Waterpolo

San Ġiljan kostretti jitħabtu għat-tliet punti… Otters isaħħu t-tieni post u Marsaxlokk ikomplu jirbħu fl-Ewwel Diviżjoni

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN……….. 18

VALLETTA PEAK INSURANCE….. 15

(4-4), (5-3), (5-4), (4-4)

Il-previżjoni tal-logħba ma kinitx tbassar dan ir-riżultat finali. San Ġiljan MAA Daikin ħadu dak li riedu iżda kellhom jitħabtu biex għelbu lil Valletta Peak Insurance 18-15. Għalkemm San Ġiljan ma kinux fl-aħjar forma, wieħed għandu jagħti l-mertu lil Valletta li tejbu l-prestazzjoni mill-aħħar logħbiet u kienu mal-avversarji tul il-logħba kollha madankollu qatt ma kienu fil-vantaġġ. Wieħed ma jistax iħalli barra lil Ivan Nagaev li xpruna lill-Beltin.

San Ġiljan fetħu bl-aħjar mod u bnew vantaġġ ta’ erba’ gowls iżda b’rimonta mill-aqwa fl-aħħar żewġ minuti tas-sessjoni, Valletta rkupraw l-iżvantaġġ. Għal tliet darbiet, Valletta wieġbu wara l-gowls tal-avversarji sakemm Dean Bugeja u Matthew Zammit daħħlu lil San Ġiljan jistrieħu 9-7 fil-vantaġġ.

Kull meta San Ġiljan pruvaw jiftħu distakk komdu, Valletta baqgħu jsegwu u saħansitra lejn tmiem it-tielet sessjoni setgħu naqqsu d-distakk għal 13-12 iżda miċ-ċans tad-deheb li fallew, Jake Bonavia skorja l-gowl tal-14-11. Fi tliet okkażjonijiet fl-aħħar sessjoni, id-distakk bejn iż-żewġ timijiet kien żewġ gowls iżda minkejja l-isforzi tal-Beltin, San Ġiljan baqgħu jżommu l-vantaġġ b’Nikolai Zammit jissiġilla r-rebħa fl-aħħar sekonda.

San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja (2), D. Tully, R. Caruana, A. Younger (3), M. Zammit (1), J. Bonavia (2), B. Plumpton (1), J. Abela (2), N. Zammit (5), D. Zammit (1), N. Schiavone (1), Z. Attard, G. Bonavia

Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (4), M. Carani, J. Sciberras (1), S. Busuttil, J. Colombo, M. Zammit (2), I. Nagaev (8), K. Borg, K. Erdogan, M. Chircop, K. Cremona, G. Borg

Referees: Andrea Doro, Stefan Licari

WATERPOLO – BOV KAMPJONAT I DIVIŻJONI

BIRŻEBBUĠA ASC………….. 12

OTTERS NIVEA………………. 15

(3-5), (6-1), (1-4), (2-5)

Otters Nivea rritornaw għar-rebħa u fl-istess ħin saħħew it-tieni post meta rnexxielhom jirbħu konfront dirett kontra Birżebbuġa. Otters kellhom vantaġġ ta’ 4-1 b’żewġ minuti għal tmiem l-ewwel sessjoni. Birżebbuġa wettqu reazzjoni mill-aqwa fit-tieni sessjoni u minn 6-3 minn taħt, skorjaw sitt gowls konsekuttivi biex daħlu jistrieħu 9-6 minn fuq. Fosthom spikkaw doppjetti minn Jake Ciantar u Jacob Saliba.

Birżebbuġa saħansitra kabbru l-vantaġġ għal erba’ gowls fit-tielet sessjoni u kollox deher li setgħu jibdew iwittu t-triq għar-rebħa. Madankollu daqstant ieħor kienet brillanti r-reazzjoni ta’ Otters li rkupraw l-iżvantaġġ fosthom bi tliet gowls f’anqas minn minuta u nofs. Kien lejn nofs l-aħħar sessjoni li Otters għamlu l-pass deċiżiv lejn ir-rebħa b’gowls ta’ Mark Meli u Drasko Gogov.

Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (3), M. Cassar (1), N. Bursac (1), J. Ciantar (3), I. Galea, J. Abdilla, N. Saliba (1), D. Farrugia, M. Cutajar, L. Axisa, N. Bugelli (1), S. Livori, J. Saliba (2)

Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), A. Dimech (1), K. Micallef, M. Meli (2), D. Dimech, D. Gogov (6), M. Soler (1), L. Dimech (2), V. Figliomeni, M. Farrugia, P. Tabone (1), Z. Dzanovic, S. Cutajar (1)

Referees: Michele Alessandroni, Ronnie Spiteri

MARSAXLOKK MFF………. 18

BARRACUDAS……………….. 7

(5-2), (5-1), (4-1), (4-3)

Marsaxlokk MFF komplew is-sensiela ta’ rebħiet konsekuttivi għal sitta b’rebħa faċli kontra Barracudas. Konfront mingħajr wisq storja hekk kif it-tliet gowls fl-ewwel parti tal-ewwel sessjoni wittew it-triq għar-rebħa. L-unika reazzjoni minn Barracudas seħħet meta naqqsu d-distakk għal 6-3 iżda erba’ gowls konsekuttivi aċċertaw mir-rebħa għax-Xlukkajri.

Doppjetta ta’ Nikola Bogdanovic spikkat fost ħames gowls oħra ta’ Marsaxlokk fit-tielet sessjoni. L-istess għamel Alistair Cook għal Marsaxlokk u Mario Guidi għal Barracudas fl-aħħar sessjoni, hekk kif Marsaxlokk żammew il-kontroll tal-logħba mingħajr wisq diffikultà.

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (2), N. Bogdanovic (4), A. Aquilina, R. Spiteri (1), Z. Cutajar Licari, S. Mifsud (2), J. Pawley, R. Galea (3), J. Borg Tabone (1), J. Cauchi, A. Cook (3), M. Brimmer, B. Lewis (2)

Barracudas: A. Micallef, L. Bowman, L. Schiavone, P. Micallef (1), W. Ruggier, R. Sciortino (1), N. Farrugia, J. Schembri Young (1), S. Apap, M. Abdilla, L. Pursehouse, M. Guidi (4), I. Schembri, A. Falzon

Referees: Andrea Doro, Neville Mercieca

Kif Jinsabu

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
Sliema66001086918
San Ġiljan76011068118
Neptunes6402996512
Sirens620471916
Exiles610562993
Valletta7007881290
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
Marsaxlokk66001087018
Otters74121058713
Birżebbuġa630385779
Marsaskala630383809
Ta’ Xbiex621378798
Barracudas7007631290
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Logħob għas-Sibt 19 ta’ Lulju

L-Ewwel Diviżjoni: Ta’ Xbiex v Marsaskala 5.30pm

Kampjonat Premier: Sliema v Exiles 6.45pm, Sirens v Neptunes 8.00pm