Lokali Parlament

Seba’ mwiet f’sena kawża tal-obeżità

Matul is-sena li għaddiet jirriżulta li kien hemm seba’ mwiet direttament attribwiti għall-obeżità.

Dan l-ammont ta’ mwiet kawża tal-obeżità kkonfermah fil-Parlament il-Ministru Jo Etienne Abela meta kien qed wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jekk kienx hemm każijiet ta’ mwiet attribwiti għall-obeżità minn Jannar sal-lum. Staqsa wkoll, jekk kien hemm, kemm kienu dawn il-każijiet.