Parlament

Terz tat-twelidijiet b’ċesarja

Bejn l-2017 u l-2024, fl-aħħar tmien snin, kien hemm 35,712-il twelid li minnhom,11,967 saru permezz ta’ operazzjoni ċesarja. Dan ifisser li terz tat-twelidijiet saru b’ċesarja.

Jirriżulta li fl-2017 saru 1,408 operazzjoni ċesarja; fl-2018 saru 1,482; fl-2019 saru 1,423; fl-2020 saru 1,460; fl-2021 saru 1,517; fl-2022 saru 1,478; fl-2023 saru 1,636; u fl-2024 saru 1,563.

L-informazzjoni dwar it-twelidijiet u kemm saru operazzjonijiet b’ċesarja ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Jo Etienne Abela għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.