Il-Ħamis, għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied ta’ Birkirkara, Birkirkara.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Birkirkara, u e-scooter misjuq minn ġuvni ta’ 17-il sena u residenti Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq ta’ 17-il sena l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>