Aktar minn 30 Palestinjan inqatlu u madwar 100 midruba wara li t-truppi Iżraeljani fetħu n-nar fuq folol li kienu qed jistennew għajnuna umanitarja f’Gaża.
L-inċident seħħ ħdejn ċentri ta’ għajnuna operati mill-Fondazzjoni Umanitarja ta’ Gaża (GHF), li bdiet tqassam l-ikel fl-aħħar ta’ Mejju wara li l-Iżrael wettaq l-imblokk ta’ 11-il ġimgħa. Il-biċċa l-kbira tal-imwiet seħħew fiż-żona ta’ Teina, madwar 3km fil-lvant ta’ Khan Younis.
Xhieda fuq2 il-post qalu li l-forzi Iżraeljani inizjalment sparaw tiri ta’ twissija qabel ma fetħu n-nar direttament fuq in-nies li kienu qrib iz-zona. Raġel wieħed, Mahmoud Mokeimar, iddeskriva l-isparatura bħala “massakru.” Ieħor, Akram Aker, qal li t-truppi użaw tankijiet u drones biex jisparaw fuq il-folla.
L-Isptar Nasser f’Khan Younis irrapporta li rċieva 25 katavru u għexieren ta ‘persuni midruba. F’inċident separat, seba’ persuni oħra inkluża mara waħda inqatlu ħdejn Rafah.
La l-militar Iżraeljan u lanqas IL-GHF ma kkummentaw dwar l-aħħar vjolenza. B’dan tal-ahhar sostna li s-siti tagħha huma siguri, għalkemm uffiċjali lokali qalu li mijiet ta’ persuni spiccaw inqatlu waqt li kienu qed jippruvaw iffittxu l-għajnuna.