Ma jaqtgħu xejn l-aħbarijiet marbuta mal-attakki fuq Gaza, u l-vittmi li qed iħallu dawn ir-raids. Bl-aħħar aħbarijiet mil-Lvant Nofsani jindikaw li sa dalgħodu kienu inqatlu mal-41 persuna.
29 minn dawn inqatlu waqt li kienu qed jistennew li jingħataw għajnuna umanitarja. Dan filwaqt li l-istess rapporti qed jindikaw li kien hemm 100 li spiċċaw feruti.
Skont l-isptarijiet lokali, l-attakki fuq iċ-ċivili kienu koordinati mill-qawwiet Iżraeljani kmieni dalgħodu ma tlugħ ix-xemx.
//= $special ?>