Internazzjonali

Biża’ li l-eks President tal-Brażil Jair Bolsonaro jista’ jaħrab

Jair Bolsonaro ġie ordnat jilbes tag elettornika sakemm jgħaddi l-ġuri tiegħu. Dan hekk kif hemm biża’ reali li jista’ jaħrab mill-pajjiż jew jinħeba f’xi post sigriet.

L-eks President tal-Brażil jinsab akkużat li pjana kolp ta’ stat biex jipprevjeni lil Lula da Silva milli jieħu postu fit-tmexxija. Bolsonaro kien President bejn l-2019 u l-2022. Hu qed jiċħad l-akkużi miġjubin kontrih.

Jair Bolsanaro qed jinsisti li għalih hija umiljazzjoni li jagħmlulu tag elettornika u li jitpoġġa taħt restrizzjoni mill-Qorti.

Il-Ġimgħa, il-Pulizija għamlu raid kemm fuq id-dar tiegħu kif ukoll fil-kwartieri tal-partit tiegħu.