Futbol Sport

Gunner Elliott jiffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu ma’ Chesterfield

Il-plejer internazzjonali Malti Gunner Elliott iffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu ma’ Chesterfield li jilagħbu f’League 2 fl-Ingilterra.

Elliott iddebutta mal-iskwadra ewlenija fl-istaġun li għadda kontra Fleetwood Town fejn sar it-tieni l-iżgħar plejer li ddebutta mal-klabb.

S’issa Elliott kien ukoll involut fil-partiti ta’ ħbiberija li Chesterfield lagħbu matul dan il-pre-season kontra Burton Albion u t-tim mill-Premier League Nottingham Forest.

Elliott irrapreżenta lil Malta fil-kategoriji ta’ taħt is-17 u d-19-il sena fejn fl-aħħar waqfa internazzjonali ssejjaħ ukoll biex jifforma parti mill-iskwadra ta’ Emilio De Leo.