Internazzjonali

Is-Sirja u Iżrael jilħqu ftehim wara ġimgħa ta’ mwiet

BUREIJ, GAZA JULY 17: Palestinians inspect the rubble of Abu Hilo School, operated by UNRWA, after it was targeted in an Israeli airstrike in the central Gaza Strip's Bureij Refugee Camp in central Gaza on July 17, 2025. (Photo by Moiz Salhi/Anadolu via Getty Images)

Is-Sibt filghodu thabbar li s-Sirja u l-Iżrael qablu dwar waqfien mill-ġlied wara ġimgħa ta’ ġlied intensiv li ħalla eluf ta’ nies mejta.

L-Ambaxxatur tal-Istati Uniti għat-Turkija u l-Mibgħut Speċjali għas-Sirja, Tom Barrack, ikkonferma dan l-ftehim, filwaqt li kompla jiddikjara li kemm il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu kif ukoll il-President Sirjan Ahmed al-Sharaa appoġġjaw il-ftehim, li huwa appoġġjat ukoll mit-Turkija, il-Ġordan, u pajjiżi oħrajn.

Il-ġlied bejn id-drużi u t-tribujiet bedwini, beda nhar il-Ħadd li għadda fil-provinċja tan-Nofsinhar ta’ Sweida tas-Sirja.

L-Iżrael nieda diversi attakki mill-ajru, inkluż attakk fuq il-Ministeru tad-Difiża tas-Sirja f’Damasku.

Għalkemm saret ix-xnieha ta’ qbil bejn rużi u l-gvern Sirjan, il-kunflitt ma jonqosx, u filfatt fl-ahhar hin aktar minn 80,000 persuna ħarbu miż-żona, u servizzi essenzjali bħall-elettriku, l-ilma, u l-kura tas-saħħa ġġarrfu f’Sweida.