Il-Qorti tal-Prim Awla Ċivili, tat kumpens lil Clive Butler ta’ 39 sena għal dewmien f’kawża li fiha jinsab mixli b’assoċjazzjoni ta’ traffikar ta’ eroina.
Lura fl-2011, Butler kien wasal minn titjira fi Brussell u saritllu tfittxija. Aktar tard huwa fetaħ kawża kostituzzjonali sabiex jilmenta dwar l-istess tfittxija.
Butler fetaħ kawża kostituzzjonali li fiha lmenta li kienet saritlu tfittxija f’April 2011 meta wasal minn titjira fi Brussell u ma nstabet l-ebda droga fuqu.
Fi Frar tal-2023, ir-raġel tressaq il-Qorti u ġie arrestat sentejn. Sakemm ġie ppreżentat l-att t’akkuża kontrih mill-Avukat Ġenerali, laħqu għaddew disa’ snin. It-talba ta’ Butler, intlaqgħet mill-Qorti wara li qieset x’seħħ tul il-proċeduri sakemm ġie ppreżentat l-att tal-akkuża, laqgħet it-talba ta’ Butler u ddikjarat li ma kienx ingħata smigħ xieraq fi żmien raġonevoli.
Il-Qorti ppreseduta mill-imħallef Mark Simiana, ordnat lill-Avukat Ġenerali biex iħallsu €4,000 f’danni morali.
//= $special ?>