Lokali

Mara l-isptar wara li ntlaqtet minn karozza f’Birkirkara

Anzjana ta’ 82 sena residenti Birkirkara intlaqtet minn karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn żagħzugħ ta’ 19-il sena li jgħix Ħal Luqa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu fi Triq Fleur-De-Lys Birkirkara fejn minnufih il-Pulizija marret fuq il-post u l-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha pendenti.