Jidher li waslet fi tmiemha s-saga tal-attakkant Ingliż Marcus Rashford ma’ Manchester United hekk kif jinsab qrib li jissieħeb ma’ Barcelona.
Fis-sigħat li għaddew seħħew bosta diskussjonijiet u negozjati bejn iż-żewġ klabbs u huwa mifhum li ftehim bejn iż-żewġ partijiet jinsab fil-qrib.
Aktar kmieni matul dan is-suq tat-trasferimenti Barcelona kienu viċin li jakkwistaw lill-winger ta’ Athletic Bilbao Nico Williams iżda dan ffirma kuntratt ta’ 10 snin ma’ Bilbao.
Ir-relazzjoni ta’ Rashford ma’ Manchseter United marret lura tant li f’Jannar li għadda ssieħeb ma’ Aston Villa fejn lagħab 17-il darba u skroja erba’ gowls.
//= $special ?>