Sport Waterpolo

Neptunes jirbħu b’gowl fl-aħħar minuta u Sliema jitħabtu fir-rebħa kontra Exiles… Marsaskala fit-tielet post fl-Ewwel Diviżjoni

SIRENS BUILD FITNESS…….. 8

NEPTUNES BEST GYMS…….. 9

(3-3), (2-2), (2-1), (1-3)

Neptunes Best Gyms Malta ħadu battikata iżda finalment ħadu t-tliet punti anki jekk ma kellhomx wirja mill-aqwa. Mertu wkoll ta’ Sirens li kellhom wirja pożittiva iżda sfortunatament ma għandhom xejn x’juru.

Neptunes ħadu vantaġġ tliet darbiet fl-ewwel sessjoni iżda Sirens wieġbu kull darba. Stevie Camilleri skorja doppjetta kmieni fit-tieni sessjoni iżda l-perseveranza ta’ Sirens wasslet biex anki din id-darba rkupraw l-iżvantaġġ fosthom il-gowl tal-5-5 skorjat minn Zach Mizzi minuta minn tmiem is-sessjoni.

Sirens marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-bidu tat-tielet sessjoni b’gowl ta’ Mattias Ortoleva. Gergo Zalanki ġab id-draw b’xutt b’saħħtu iżda gowl minn man-up tal-eks Jake Cachia żamm lil Sirens minn fuq għall-aħħar sessjoni.

Ortoleva reġa’ skorja fil-bidu tas-sessjoni u ta vantaġġ doppju lil Sirens għall-ewwel darba. Neptnuns għafsu l-buttuna tal-paniku u rnexxielhom jiskorjaw darbtejn minn penalty ta’ Camilleri u t-tielet gowl personali ta’ Zalanki. Kien għad fadal kważi nofs sessjoni logħob u r-riżultat seta’ jmur kull naħa. Fl-aħħar minuta, man-up għal Neptunes, time-out u mill-azzjoni sussegwenti, Sam Gialanze skorja l-gowl tar-rebħa 52 sekonda mit-tmiem.

Sirens: J. Parnis, P. Serracino, N. Bicari (1), P. Borg, J. Cachia (1), K. Agius (1), M. Ortoleva (3), I. Riolo, J. Zerafa Gregory, M. Sciberras, Z. Mizzi (1), G. Farrugia (1), M. Bonello DuPuis, G. Pace

Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze (3), G. Zalanki (3), L. Mallia, J. Camilleri, K. Dowling, S. Camilleri (3), M. Castillo, B. Schranz, J. Bajada, A. Fenech, M. Azzopardi, M. Rossi, E. Mallia

Referees: Michele Alessandroni, Massimo Angileri

SLIEMA FRANK SALT……….. 17

EXILES WELBEE’S………...….. 14

(5-5), (6-3), (3-5), (3-1)

Sliema Frank Salt baqgħu b’punti massimi iżda tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Exiles Welbee’s. Minkejja li ħarġu telliefa, din il-logħba kienet xhieda tal-progress li għamel it-tim ta’ Niki Lanzon, b’Kanstantin Averka l-mutur ewlieni tat-tim. Għal Sliema rritorna Jamie Gambin wara nuqqas ta’ żewġ logħbiet iżda kellhom il-captain John Brownrigg nieqes.

Averka spikka fl-ewwel sessjoni b’ħames gowls filwaqt li Exiles kellhom il-vantaġġ parzjalment aktar minn darba. Sliema bnew vantaġġ ta’ erba’ gowls fit-tielet sessjoni u saħansitra kienu 11-6 minn fuq.

Hawn bdiet ir-rimonta ta’ Exiles li sa tmiem it-tieni sessjoni naqqsu d-distakk għal tliet gowls u wara li Jayden Cutajar għamilhom 12-8 fit-tielet sessjoni, gowl ta’ Averka u doppjetta immedjata ta’ Kurt Griscti qatgħet id-distakk għal gowl. Id-distakk ta’ gowl ittieħed għall-aħħar sessjoni. Sam Engerer irdoppja l-vantaġġ ta’ Sliema u l-gowl ta’ Liam Galea lejn nofs l-aħħar sessjoni aċċerta r-rebħa għas-Slimiżi.

Sliema: N. Grixti, E. Schembri (3), L. Galea (2), J. Gambin (1), J. Cassar, B. Cachia, J. Cutajar (4), D. Rizzo, A. Galea (1), A. Vlachopoulos (4), D. Zammit (1), B. Busuttil, J. Chircop, S. Engerer (1)

Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt, Z. Micallef, D. Pace Lupi, T. Agius, M. Martellacci (2), M. Fenech (1), K. Griscti (2), K. Averka (8), K. Tanti, K. Navarro, D. Zahra (1), G. Galea Curmi, L. Hyzler

Referees: Andrea Doro, Alex de Raffaele

WATERPOLO – BOV KAMPJONAT I DIVIŻJONI

TA’ XBIEX AMIGOS………….. 15

MARSASKALA OPTIMA….. 17

(3-7), (5-5), (2-2), (5-3)

Marsaskala Optima Projects telgħu fit-tielet post fil-klassifika b’rebħa meritata fuq Ta’ Xbiex Amigos. Kompliċi fir-rebħa għat-tim ta’ Arpad Babay kien il-bidu mill-aqwa li wassal biex Ta’ Xbiex kienu kostretti jiġru wara r-riżultat. Marsaskala bnew vantaġġ ta’ 5-1 fl-ewwel sessjoni, vantaġġ li qatt ma tilfuh tul il-logħba.

Ta’ Xbiex naqqsu d-distakk għal 9-6 f’nofs it-tieni sessjoni u wara li Marsaskala kabbru l-vantaġġ għal 14-8 fit-tielet sessjoni, Ta’ Xbiex irnexxielhom jerġgħu jidħlu fil-logħba fl-aħħar sessjoni b’żewġ gowls ta’ Roko Pelicaric li naqqsu d-distakk għal 15-13. Madankollu qatt ma resqu gowl bogħod, b’Marsaskala dejjem irnexxielhom iżommuhom distakkati minnhom.

Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia, A. Formosa, L. Grech Carr (1), J. Zammit, M. Manara, F. Scardino (1), R. Pelicaric (9), N. Bonavia (1), J. Culic (2), Z. Bartolo, M. Naudi, A. Theuma, S. van Wyk (1)

Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar (1), T. Fenech (2), J. Pace Mizzi (1), J. Simpson, R. Greco (2), N. Castillo, G. Kovacs (6), K. Grech (5), G. Sammut, M. Curmi, T. Camilleri, L. Gatt, N. Rizzo

Referees: Michele Alessandroni, Juana Cauchi

Kif Jinsabu

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
Sliema77001258321
San Ġiljan76011068118
Neptunes75021087315
Sirens7205791006
Exiles7106761163
Valletta7007881290
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
Marsaxlokk66001087018
Otters74121058713
Marsaskala74031009512
Birżebbuġa630385779
Ta’ Xbiex721493968
Barracudas7007631290
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Logħob li jmiss

It-Tlieta 22 ta’ Lulju

L-Ewwel Diviżjoni: Otters v Ta’ Xbiex 6.00pm

Kampjonat Premier: Valletta v Sliema 7.15pm, Exiles v Sirens 8.30pm

L-Erbgħa 23 ta’ Lulju

L-Ewwel Diviżjoni: Barracudas v Birżebbuġa 6.00pm, Marsaskala v Marsaxlokk 7.15pm

Kampjonat Premier: Neptunes v San Ġiljan  8.30pm