Internazzjonali

Numru ta’ twissijiet għat-temp f’Londra

L-Uffiċċju Meteoroloġiku ħareġ twissija ta’ maltempata bir-ragħad għall-belt kapitali u x-Xlokk tal-Ingilterra hekk kif xita qawwija u għargħar potenzjali qed joħolqu riskju serju għar-residenti u l-infrastruttura lokali.

It-twissija daħlet fis-seħħ fl-4am u baqghet fis-sehh sal-11am, perjodu li matulu niżlet xita intensiva li wasslet għal għargħar f’żoni urbani. Għalkemm l-iktar konċentrazzjoni ta’ xita kienet filgħodu, twissijiet oħra ta’ maltempati bir-ragħad se jibqgħu fis-seħħ f’diversi reġjuni tal-Ingilterra sad-9 tal-lejla, b’ammont ta’ bejn 15mm u 25mm ta’ xita mistennija tinżel f’inqas minn siegħa, tul is-sighat li gejin.

Il-maltempati ġejjin minn Franza u mistenni jkomplu jaffettwaw l-Ingilterra sal-lejla, partikolarment Londra u żoni urbani oħra. Il-Met Office wissa li sa 40mm ta’ xita tista’ tinżel f’siegħa, b’total ta’ bejn 70 u 100mm f’xi żoni tul ftit sigħat biss.

Id-djar u n-negozji jinsabu l-aktar f’riskju, bl-awtoritajiet javżaw lill-pubbliku biex jieħu il-prekawzjonijiet neessarji. Is-sewwieqa huma wkoll mitluba biex joqogħdu attenti, speċjalment minħabba l-ikbar volum ta’ traffiku hekk kif ħafna tfal u familji ghaddejin il-vaganzi tas-sajf.

L-Iskozja mhix eċċezzjoni: hemm ukoll twissija ta’ xita li bdiet mis-Sibt wara nofsinhar u mistennija tkompli sal-Ħadd..

Din hija l-ewwel twissija ta’ dan it-tip għal Londra mill-Maltempata Henk f’Jannar 2024, fejn waslet ftit ġimgħat biss wara li Ġunju li kien l-iktar sħun li qatt ġie rrekordjat fl-Ingilterra. Skont ix-xjentisti, dan l-andament jikkonferma kif temp estrem qed isir “in-norma”, ikkawżat mit-tibdil fil-klima assoċjat mat-tniġġis tal-karbonju.