Sport Sport Ieħor

Suċċess għal Thymen Arensman fl-14-il stadju tat-Tour de France, Remco Evenepoel ikolli jirtira

(Ritratt: EPA)

Thymen Arensman kiseb suċċess fl-14-il stadju tat-Tour de France biex b’hekk rebaħ l-ewwel stadju fil-karriera tiegħu.

Tadej Pogacar minn naħa tiegħu rnexxielu jkompli jżomm postu fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali hekk kif l-avversarju dirett tiegħu Jonas Vingegaard temm fit-tielet post.

Remco Evenepoel kellu jirtira mit-Tour de France wara li naqas milli jkompli l-istadju tal-lum. Hu kien qed jokkupa t-tielet post fil-klassifika ġenerali.

Intant Arensman qal li ma setax jemmen li rebaħ dan l-istadju fejn stqarr li fl-ewwel ġimgħa kellu jkun paċenzjuż.

It-Tour de France jkompli l-Ħadd fuq distanza ta’ 169.3km minn Muret għal Carcassonne.