“Bħall-Isportivi rridu nkunu flimkien għal-għan wieħed, tim wieħed – għal ġid fi Kristu.”
Saħaq dan l-Arċisqof Charles J Scicluna waqt l-omelija tal-quddiesa bid-Dar tal-Providenza hekk kif għalqet il-maratona tal-VolleyBall li ssir ta’ kull sena. Liema quddiesa kienet ddedikata għall-Ġublew tal-Atleti.
L-Arċisqof Scicluna tkellem fuq l-akkoljenza bejn l-aħwa hekk kif insista li fid-Dar tal-Providenza r-residenti huma lkoll aħwa li sabu refuġju f’post qaddis li dejjem baqa’ jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn.
Bl-Arċisqof jgħid li anke fl-isport jrid ikun hemm dak is-sens ta’ tim – għaqda fost l-aħwa. Fejn semma’ wkoll kif fl-isport l-għaqda bl-imħabba waħdana għat-tim, u saħaq li l-Kristjani kollha huma bħall-isportivi, li anke jekk ma jaqblux, kollha qiegħdin f’tim wieħed.
Huwa appella wkoll sabiex ma jibqgħux jinqatlu nies u tfal innoċenti fil-Palestina – filwaqt li stqarr li l-Israeljani m’għandhom l-ebda’ dritt jeqirdu ġens għal skapitu tagħhom.
Il-15-il edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza bdiet il-Ġimgħa 18 ta’ Lulju u se tiġi fi tmiemha l-Ħadd 20 ta’ Lulju, biex b’kollox kien hemm 53 siegħa ta’ logħob.
Anke fis-sħana tas-sajf, diversi persuni ngħaqdu sabiex jilgħabu diversi logħob tal-volleyball bil-għan li jgħinu lill-persuni li jingħataw l-għajnuna mingħand id-Dar tal-Providenza.
Intant bosta atleti bdew it-taħriġ tagħhom għal din il-maratona lura f’Ġunju, fejn 40 tim ġie magħżul sabiex jipparteċipa f’din il-maratona.
Il-maratona se tiġi fi tmiema il-Ħadd f’nofs il-lejl. Bil-flus miġbura jkomplu jsostnu d-Dar tal-Providenza.
//= $special ?>